ONE.COM.MT

@one.com.mt_

♦️Il-profil uffiċjali ta’ ONE fuq Instagram♦️ Segwina għall-aħħar aġġornamenti 👇🏻
Followers
9,694
Following
2
Account Insight
Score
54.47%
Index
Health Rate
%
Users Ratio
4847:1
Weeks posts
It-tim Ingliż ta' Chelsea ħabbar li l-Ispanjol Xabi Alonso nħatar bħala l-kowċ permanenti tat-tim. Huwa se jieħu l-post ta’ Calum McFarlane li proprju, inħatar il-kariga bħala kowċ interim, wara t-tkeċċija ta’ Liam Rosenior ix-xahar li għadda. Alonso, li mexxa fost oħrajn lil Real Madrid u Bayer Leverkusen, se jieħu t-tim Ingliż f’idejh minn Lulju li ġej. Il-ħatra tiegħu kienet imminenti wara li t-tim tilef bl-iskor ta' 1-0 fil-finali tal-FA Cup kontra Manchester City.
3 0
29 minutes ago
Id-Deputati Mexxejja Laburisti Ian Borg u Alex Agius Saliba waslu l-messaġġi u l-appelli tagħhom fil-bidu tal-maratona ġbir ta' fondi fl-Imqabba. Din il-maratona ġbir ta' fondi qed issir waqt il-kampanja elettorali li se twassalna għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta' Mejju li ġej.
5 0
55 minutes ago
Fil-bidu tal-maratona ġbir ta' fondi tal-Partit Laburista, fl-Imqabba, mart il-Prim Ministru Lydia Abela sostniet li l-għajnuna mingħand kulħadd hi importanti biex il-messaġġ tal-partit jasal b'mod ċar.
8 0
1 hour ago
Dr Lydia Abela ħabbret proposta oħra mill-manifest elettorali tal-Partit Laburista, Int Malta, li se tkun qed tara aktar inklużjoni fl-Isptar Mater Dei, l-iskejjel u diversi entitajiet pubbliċi. Dan waqt attività politika li trattat it-tema tad-diżabilità. Dr Lydia Abela enfasizzat li l-inklużjoni trid tkun kullimkien u l-Partit Laburista qed jeħodha bħala l-akbar impenn biex “l-ebda persuna ma tibqa' lura ... kulħadd għandu abbiltajiet differenti u allura potenzjal.” Fi sfond ta’ dan, Dr Abela qalet kif fis-snin passati saru ħafna avvanzi kemm fis-servizzi, l-infrastruttura u anke l-mentalità.
7 0
2 hours ago
L-inklużjoni għandha tkun fiċ-ċentru tal-politika tagħna u kull deċiżjoni li nieħdu. Qalet dan mart il-Prim Ministru u President ta’ Special Olympics Malta, Dr Lydia Abela, waqt it-tieni edizzjoni ta’ Brunch and Discuss, li trattat it-tema tal-Persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Fost l-oħrajn, mart il-Prim Ministru tkellmet fuq ċentru speċjalizzat għal Special Olympics Malta, li jiffoka fuq il-ħiliet, il-kapaċitajiet u l-personalitajiet ta’ dawn il-persuni. Dan hekk kif fil-fatt, il-manifest elettorali ‘Int Malta’ jindirizza wkoll il-bżonnijiet tal-atleti ta’ Special Olympics.
7 0
2 hours ago
Tgħidulna ħudu ħsieb dak kollu li hemm bżonn, u aħna ngħinu bil-finanzi. Hekk iddeskriviet is-sitwazzjoni omm ta’ persuna b’diżabilità fejn qalet kif il-Gvern qed jibgħat messaġġ ferm b’saħħtu favur aktar għajnuna kontinwa lill-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. Fi sfond ta’ dan, waqt l-attività ta’ mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela li trattat it-tema tad-diżabilità, l-omm elenkat id-diversi benefiċċji bla ħlas li hi u binha jgawdu minnhom.
11 0
2 hours ago
Il-Wellbeing Index, se jagħti stampa ċara ta’ kemm il-miżuri qed jgħinu fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà. Qal dan il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport, Oliver Scicluna, waqt it-tieni edizzjoni ta’ Brunch and Discuss, li preżenti għaliha kien hemm il-mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, trattat it-tema tal-persuni b’diżabbilità u l-familji tagħhom. Hawn, Scicluna nnota mhux biss ir-road map b’saħħitha li kellu dan is-settur sa mill-2013, iżda wkoll it-tisħiħ fil-qafas leġiżlattiv u dak kollu li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom sabiex isaħħu l-indipendenza.
7 0
3 hours ago
Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30am, mart il-Prim Ministru Dr Lydia se tmexxi diskussjoni dwar il-persuni b'diżabbilità u l-familji tagħhom. Din l-attività hi parti mill-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema 'Int Malta - Il-Ħolma Tiegħek, Il-Proġett Tagħna', għall-elezzjoni ġenerali tat-30 ta' Mejju li ġej. Din l-attività se tixxandar b'mod dirett fuq l-istazzjonijiet ONE.
6 1
4 hours ago
Man-nofs l-elettorat Malti u Għawdxi għadu juri fiduċja f’Robert Abela biex imexxi lil Malta. F’opinjoni fl-aħħar ħarġa tas-Sunday Times of Malta, taħt it-titlu ‘Abela u l-kuntrabandist’, ħaten Beppe Fenech Adami nfexx kontra dawk kollha ta’ twemmin Laburista. Din mhix l-ewwel darba li Cassar attakka lill-parti mill-elettorat li jivvota favur il-Partit Labursita, tant li, fl-2021, fuq il-midja tal-Knisja kien għajjarhom “bċieċen”, għax, skontu, jibilgħu kollox. Biex ikompli jitfa’ l-melħ fuq il-ferita, kien esprima li r-raġuni ewlenija hi n-nuqqas kbir ta’ edukazzjoni fost il-Laburisti. AQRA AKTAR: .mt/haten-beppe-fenech-adami-jghid-li-l-fatt-li-nofs-l-elettorat-jafda-fil-pl-u-robert-abela-jisfida-kull-logika/
6 1
4 hours ago
Raġel ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa qed isofri ġrieħi serji wara li għall-ħabta tan-12.30am kien involut f’inċident tat-traffiku fi triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li r-raġel kien qed isuq karozza bil-mudell ta’ Toyota Auris meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ siġra. Kawża tal-impatt, il-vettura spiċċat ħadet in-nar ftit tal-ħin wara l-ħabta. Persuni li nsertaw għaddejjin minn fuq il-post irnexxielhom joħorġu lix-xufier mill-karozza qabel ma nfirex in-nar. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u wara ttieħed l-isptar b’ambulanza. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
3 1
5 hours ago
Illum ġurnata impjentattiva ferm għall-Partit Laburista, hekk kif se tittella’ maratona ġbir ta’ fondi u se jsir mass meeting, it-tnejn fl-Imqabba. Mill-ħin ta’ nofsinhar, se tittella l-maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Laburista. Sadanittant, mill-4:30pm ’il quddiem, il-Partit Laburista se jorganizza t-tielet mass meeting ta’ din il-kampanja elettorali bit-tema ‘Int Malta – Il-Ħolma Tiegħek, Il-Proġett Tagħna’. Dan il-mass meeting, li l-qofol tiegħu se jkun id-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, se jsir fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, l-Imqabba. AQRA AKTAR: .mt/illum-il-maratona-gbir-ta-fondi-u-l-mass-meeting-tal-partit-laburista-fl-imqabba/
11 0
5 hours ago
Tħabbret il-mewt tat-tifel ta’ erba’ snin li sab diffikultà f’pixxina privata f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ nhar it-Tlieta għall-ħabta ta’ nofsinhar nieqes kwart, fi Triq il-Port Ruman. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li t-tifel sfortunatament tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei. Dwar il-każ kienet infetħet inkjesta Maġisterjali. AQRA AKTAR: .mt/imut-it-tifel-ta-erba-snin-li-sab-diffikulta-fpixxina-privata-fmarsaxlokk/
3 2
6 hours ago