‘Niftakarna’ kienet vjaġġ emozzjonali. U l-emozzjonijiet huma ħafna, speċjalment il-gratitudni lejn in-nies tal-ġenn li kelli maġenbi tul it-triq. Nibda b’
@tikber.u.tinsta ,
@drums.mt u
@chris_gatt li b’ħafna dedikazzjoni ħolqu miegħi dil-kanzunetta, u lil
@yanisazzopardi u
@rodgauci li għenuni nwassal il-messaġġ b’video mużikali ta’ kwalità għolja ħafna fis-sempliċità tiegħu, u kienu hemm miegħi f’kull deċiżjoni artistika. Lill-bravissimi Joe, id-Dulli, u Veronica Farrugia, li qasmulna qalbna fit-
@teatrusalesjan . Grazzi speċjali lil
@sergio_costa82 . U grazzi lil
@pamela_vocals tal-għajnuna biex inħejji lili nnifsi għal din il-performance.
Bl-għajnuna ta’
@malta.dementia.society irnexxielna ntellgħu fuq palk nazzjonali tema importanti ħafna, it-telf tal-memorja. U grazzi mill-qalb lil
@stepupforparkinsons tal-ħidma sabiħa li jagħmlu, inkluż ma’ ommi.
Grat ħafna li rbaħna l-vot tal-ġurija, it-tieni post u l-premju tal-aqwa interpretazzjoni, anki għax it-tema mhix faċli. Lanqas xejn. Imma li tara sala sħiħa tieqaf, tisma’ u tifhem l-uġigħ, għalija kisba kbira.
Niddedika dan il-vjaġġ lil ommi u missieri, u l-qalb kbira tagħhom, lejna u lejn xulxin.
Lil Christina, Jack u Kate ❤️
Nifraħ lil
@jasmineabelaofficial għar-rebħa kif ukoll lil
@kevinpaul_official għat-tielet post 👏
Nirringrazzja wkoll lil
@festivals.mt tal-ħidma kollha biex jittella’
@muzika_muzika.mt . 🙏